Home about_usorganisationNewsFacilitiesProjectsResourcesContact_us

time_table_08_09

calendar_08_09

Syllabi

apccs

uniform 1L-UNIFORMI

L-uniformi tas-sajf u tax-xitwa hija obbligatorja għal kulħadd, anke l-istudenti tal-Ħames Sena huma obbligati jiġu l-iskola bl-uniformi.

L-UNIFORMI  TAS-SAJF

unifrom 2L-uniformi tas-sajf tikkonsisti f’qalziet blu, polo-shirt kafellatte, kalzetti blu bħall-kulur tal-qalziet u żarbun iswed.  Jekk jintlibes ċinturin għandu jkun preferibbilment iswed.

L-UNIFORMI  TAX-XITWA

L-uniformi tax-xitwa tikkonsisti f’qalziet blu bħal tas-sajf, kalzetti blu u żarbun iswed.  Jekk jintlibes ċinturin għandu jkun preferibbilment iswed.  Għandha tintlibes qmis bajda, l-ingravata, il-pullover u l-ġlekk tal-Kulleġġ.  Il-badge tal-Kulleġġ għandha titwaħħal fuq il-but tal-ġlekk. 

L-UNIFORMI  TA’  L-ISPORTS

unifrom 3Meta l-istudenti jkollhom il-P.E., l-isports day jew xi attività sportiva, jistgħu jiġu l-iskola bit-tracksuit tal-Kulleġġ (u mhux bi tracksuit oħra) minflok bl-uniformi.  Għall-P.E. t-tfal jilbsu shorts, li jrid ikun abjad, it-t-shirt tal-Kulleġġ u running shoes

Għandhom jinxtraw żewġ t-shirts għall-P.E.: wieħed abjad u l-ieħor tal-kulur tal-grupp.  Dawn it-t-shirts għandhom il-badge ta’ l-iskola fuqhom u jinxtraw mill-Kulleġġ.  L-istudenti għandhom bżonn żewġ t-shirts għaliex meta jkollhom il-P.E. jew xi logħob ieħor isiru għarqanin, għalhekk tkun ħaġa tajba li jbiddlu t-t-shirt.  It-t-shirt tal-kulur tal-grupp jintuża wkoll għal-laqgħa atletika annwali (Sports Day).