Home about_usorganisationNewsFacilitiesProjectsResourcesContact_us

time_table_08_09

calendar_08_09

Syllabi

Il-Profeta  Elija
PATRUN TAL-KULLEĠĠ


Il-Profeta Elija kien jgħix fis-seklu disgħa qabel Kristu fuq il-Għolja tal-Karmelu.
Huwa l-profeta li għex fil-preżenza t’Alla. Waqaf lis-Sultan ta’ żmienu u qabeż għal min kien ibati l-vjolenza u l-inġustizzja.


Ir-rakkonti tal-Profeta Elija nsibuhom

fl-Ewwel Ktieb tas-Slaten, Kapitli 17-19 u 21,

fit-Tieni Ktieb tas-Slaten Kapitli 1-2 u

fit-Tieni Ktieb tal-Kronaki, Kapitlu 21 vrus 12-15. 

Eloġju lil Profeta Elija nsibuhfil-Ktieb ta’ Bin Sirak Kapitlu 48 vrus 1-11

u l-wegħda tar-ritorn tiegħu nsibuha fil-Ktieb tal-Profeta Malakija, Kapitlu 3 vers 23.

Fit-Testment il-Ġdid nsibu ħafna riferenzi għal Profeta Elija.
Fit-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù, Elija jidher ma’ Mosè u jirrappreżenta l-profeti kollha tat-Testment il-Qadim.

Il-Profeta Elija huwa meqjum fit-tliet reliġjonijiet kbar tad-dinja:  il-Ġudaiżmu, il-Kristjaneżmu u l-Islam.


Il-Profeta Elija ntgħażel mill-ewwel Karmelitani li kienu jgħixu fuq l-Għolja tal-Karmelu, bħala l-Missier spiritwali tagħhom.

Il-Profeta Elija ntgħażel bħala l-patrun tal-Kulleġġ sabiex ikun ta’ ispirazzjoni għall-istudenti li jistudjaw fiħ.