Home about_usorganisationNewsFacilitiesProjectsResourcesContact_us

time_table_08_09

calendar_08_09

Syllabi

apccs

Il-Policies tal-Kulleġġ

Ħin ta' l-iskola

L-Għażla tas-Suġġetti

Il-Lingwa tat-tagħlim

Assessjar u Promozzjoni

Policy Dwar Ikel u Xorb Bnin

Iċ-Ċertifikat tat-Tmiem ta’ l-Edukazzjoni fil- Kulleġġ

Ħin ta’ l-Iskola


Assembly

7.55 - 8.00

 

4 lezzjoni

10.30 - 11.15

1 lezzjoni

8.00 -   8.45

 

5 lezzjoni

11.15 - 12.00

2 lezzjoni

8.45 -   9.30

 

Break

12.00 - 12.35

3 lezzjoni

9.30 - 10.15

 

6 lezzjoni

12.35 - 13.20

Break

10.15 - 10.30

 

7 lezzjoni

13.20 - 14.05

 
Il-kwantità ta’ ġranet u sigħat ta’ xogħol li jinħadmu kull sena skolastika jiġu
d‑determinati mid-Diviżjoni ta’ L-Edukazzjoni

Time Table tan- Nofs ta' Nhari

Assembly

  7:55 – 8:00

1 Lezzjoni

  8.00  -   8.30

2 Lezzjoni

  8.30  -   9.00

3 Lezzjoni

  9.00  -   9.30

4 Lezzjoni

  9.30  - 10.00

Break

10.00  - 10.30

5 Lezzjoni

10.30  - 11.00

6 Lezzjoni

11.00  - 11.30

7 Lezzjoni

11.30  - 12.00

L-Għażla Tas-Suġġetti

Hekk kif l-istudenti jinkitbu fil-Kulleġġ jiġu mistiedna jagħżlu waħda minn dawn il-lingwi: Franċiż jew Taljan.
Lejn it-tmiem tat-Tieni Sena l-istudenti jagħżlu żewġ s-suġġetti minn dawn:Accounts,  Bioloġija, Ekonomija, Kimika, Kompjuter, Disinn Tekniku. Klassijiet b’dawn is-suġġetti jiġu iffurmati jekk ikun hemm biżżejjed studenti. Kull suġġett magħzul jiġi allokat 3 lezzjonijiet fil-ġimgħa. 
Lejn tmiem ir-Raba Sena l-istudenti jiġu mitluba jinfurmaw lil Amministrazzjoni jekk hux se jagħżlu Paper 2A Jew 2B tal-Matematika.  L­Amministrazzjoni tiehu ħsieb t’organiżża l-lezzjoni tal-Matematika tal-Ħames Sena skond l-għażla ta’ l-istudenti.

II-Lingwi tat-Tagħlim

Huwa importanti li l-istudenti jitgħallmu jiktbu, jaqraw, jitkellmu u jifhmu sewwa kemm il-Malti u kemm l-Inġliż (NMC, Prinċipju 10, p.37; Twettiq ta’ Politika ta’ Bilingwiżmu p.78-79). Kif jgħid il-poeta nazzjonali Malti, Dun Karm Psaila, ħobb jekk jiswewlek ilsna barranija iżda le tbarri lil min hu ta’ barra.  Sabiex jintlaħaq dan l-iskop, kull min hu involut għandu jagħti s-sehem tiegħu, l-istudenti, l-għalliema, l-ġenituri u l-amministrazzjoni.
Sabiex jgħinu f’dan it-tagħlim, l-għalliema għandhom jikkoreġu l-Ingliż miktub ta’ l-istudenti f’dawn is-suġġetti:  l-Ingliż, l-Accounts, il-Biology, l-Chemistry, l-Economics, il-Ġografija, ix-Xjenza, l-Matematika, l-Media Studies, il-Physics, l-Istudji Soċjali, l-Istudji Ambjentali u t-Technical Design.  L-għalliema tas-suġġetti msemmija għandhom jeżiġu li jsir qari u kitba tajba bl-Ingliż.
It-tagħlim tal-lingwi barranin, il-Franċiż u t-Taljan, għandu jsir kemm hu possibbli bil-lingwa barranija.

Code switching

Waqt il-proċess tat-tagħlim l-istudent għandu jifhem dak li qed jikkomunikawlu l-għalliema.  Dan il-proċess isir aktar diffiċli meta l-għalliema jużaw lingwa li l-istudent ma jafx sew.  F’dan il-każ, meta l-għalliema jindunaw li l-istudent ma tantx qed jifhem, għandhom jerġgħu jispjegaw bil-Malti

Assessjar  u  Promozzjoni
 
Testijiet ta’ Novembru
 
F’Novembru nagħmlu t-testijiet f’dawk is-suġġetti li għandhom 3 jew aktar lezzjonijiet fil-ġimgħa.  Kull test ġhandu jkun ta’ 45 minutta, it-tul ta’ lezzjoni. Il-massimu tal-marki għal kull test huwa ta’ 50 marka. M’għandux ikun hemm aktar minn żewġ testijiet fl-istess ġurnata. Kemm huwa possible testijiet ta’ l-istess Form isiru jew simultanjament jew konsekuttivament minhajr break bejniethom.  Ir-riżultati (marki) għandhom jingħataw lil Amministrazzjoni sa ġimgħatejn qabel Jum Il-Ġenituri.
Fl-istess żmien l-għalliema għandhom jagħtu marka separata ta’ mhux aktar minn 10 marki għax-xogħol li jkun sar sa l-aħħar ta’ Novembru.
Jingħata rapport lill-ġenituri li jkun jinkludi il-marka ta’ l-istudent, l-average mark tal-klassi u l-ogħla marka tal-klassi.  Ir-rapportjinkludi wkoll il-kwantità ta’ rapporti pożittivi u negattivi, li l-istudent ikun ingħata. Tingħata aktar informazzjoni lill-ġenituri fl-ewwel Jum il-Ġenituri f’Diċembru
.
 

L-eżamijet ta’ nofs is-sena

L-eżamijet ta’ nofs is-sena jsiru fis-suġġetti kollha. Jingħata rapport lill-ġenituri li jkun jinkludi il-marka ta’ l-istudent, l-average mark tal-klassi u l-ogħla marka tal-klassi.  Ir-rapportjinkludi wkoll il-kwantità ta’ rapporti pożittivi u negattivi, li l-istudent ikun ingħata. Tingħata aktar informazzjoni lill-ġenituri fit-tieni Jum il-Ġenituri.
Fl-istess żmien l-għalliema għandhom jagħtu marka separata ta’ mhux aktar minn 20 marka għax-xogħol li jkun sar sa l-aħħar ta’ Marzu.

L-eżamijet ta’ aħħar tas-sena

L-eżamijet ta’ aħħar tas-sena jsiru fis-suġġetti kollha.  Min jgħaddi mis-suġġetti kollha jiġi promoss.  Min jeħel minn suġġett jew tnejn jiġi promoss iżda jkun obbligat jagħmel l-eżami supplimentari.  Min jeħel minn 3 suġġetti jew aktar ma jiġix promoss u jkun obbligat jagħmel l-eżamijiet supplimentari. Il-marka ta’ l-eżami annwali biss tgħodd għal eżamijiet supplimentari.
Fl-istess żmien l-għalliema għandhom jagħtu marka separata ta’ mhux aktar minn 20 marka għax-xogħol li jkun sar sa l-aħħar tas-sena skolastika.


L-eżamijiet supplimentari

Is-suġġetti għall-eżamijiet supplimentari jiġu determinati mill-Amministrazzjoni u jsiru lejn l-aħħar ta’ Awissu/bidu ta’ Settembru.  Min jgħaddi mill-eżamijiet supplimentari jiġi promoss.
Il-promozzjoni ta’ min jeħel mill-eżamijiet supplimentari tiġi determinata mill‑Amministrazzjoni li tieħu inkonsiderazzjoni:

  • ir-riżultati tat-testijiet,
  • ta’ l-eżamijiet u tax-xogħol tas-sena kollha;
  • l-età ta’ l-istudent; ix-xewqa ta’ l-istudent u tal-ġenituri tiegħu.

Il-Marka Finali

Il-marka finali hija magħmula mit-total tal-marki tat-testijiet ta’ Novembru, ta’ l-eżamijiet ta’ nofs is-sena u ta’ l-ahhar tas-sena (Massimu Forms 1-4:250,  Form 5 150) u l-assessment mark ta’ l-ewwel term, ta’ nofs is-sena u ta’ l-aħħar tas-sena ((Massimu Forms 1-4 = 50 u Form 5 = 30).

It-total massimu għall-Forms 1-4 = 250+50 = 300 marks.
It-total massimu għall-Form 5 = 150+30 = 180 marks.

Fil-każ li wieħed joqgħod għall-eżami supplimentari, il-marka ta’ l-eżami supplimentari tgħodd għall-marka finali u mhux dik ta’ l-eżami annwali.

Il-premjazzjoni tkun ibbażata fuq il-marka finali.

L-eżamijiet tal-Ħames Sena għandhom ikunu imodellati fuq l-eżamijiet tas-SEC. Għalhekk is-suġġetti (Lingwi, Biology, Chemistry, Computer Studies, Environmental Studies, P.E., Physics, eċċ ) li jinkludu marka għal orali, proġetti jew esperimenti, għandhom jinkludu l-marka tal-oral, proġett jew esperimenti mal-marka ta’ l-eżami “miktub”.  Għalhekk il-marka ta’ l-assessment tkun ibbażata fuq xogħol tal-klassi, tad-dar eċċ u mhux fuq il-marka tal-oral, proġett jew esperimenti.

Policy Dwar Ikel u Xorb Bnin

Fid-dinja żviluppata nkluża Malta teżisti problema epidemika ta’ ħxuna.  Is-saħħa ta’ kull bniedem tiddependi minn ħafna fatturi, fosthom mill-ikel li jiekol u x-xorb li jixrob kuljum.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tirrakkomanda li kuljum:

  • nieklu ħames porzjonijiet ta’ frott u ħaxix;
  • nixorbu minn litru sa żewġ litri ilma;
  • nieħdu tliet porzjonijiet ta’ prodotti tal-ħalib.

Għalhekk, il-Kulleġġ sabiex jgħin fit-tisħiħ ta’ drawwiet tajba ta’ ikel u xorb, fil-canteen:

  • jelimina prodotti li fihom ħafna zokkor u xaħam (soft drinks, gallettini, ċikkulati, ħelu eċċ);
  • jipprovdi ikel u xorb bnin (ilma, ħalib, meraq tal-frott, ħobż, anke ismar, bl-insalata u t-tonn taż-żejt, tuffieħ, yogurt, prodotti biż-żrieragħ u lewż eċċ).

Iċ-Ċertifikat tat-Tmiem ta’ l-Edukazzjoni  fil-Kulleġġ
Iċ-Ċertifikat tat-Tmiem ta’ l-Edukazzjoni f’SaintEliasCollege ikun bl-Ingliż u jinkludi:

  • Isem u kunjom l-istudent u l-ismijiet u l-kunjom tal-ġenituri tiegħu.
  • F’liema Form beda u spiċċa, f’liema sena beda u spiċċa u s-snin li attenda l-Kulleġġ.
  • Lista sħiħa ta’ suġġetti studjati u li għalihom l-istudent qagħad għall-eżami ta’ l-aħħar tas-sena.  Jekk l-istudent kien marid għal xi eżami partikulari u ppreżenta ċertifkat mediku fi tlett ijiem, l-istudent  jingħata ċ-ċans jagħmel l-eżami f’data oħra determinata mill-Amministrazzjoni.
  • Il-livell akkademiku kif determinat minn din l-iskema:
            


Eċċellenti:

Għadda mill-eżamijiet kollha b’70 marka jew aktar u b’xi wħud mill-marki fuq id-90. 

Tajjeb ħafna:

Għadda ta’ l-anqas minn 8 eżamijiet.

Tajjeb:

Għadda ta’ l-anqas minn 5 eżamijiet.

Batut:

Għadda ta’ l-anqas minn 3 eżamijiet.

Batut ħafna:

Għadda minn eżami wieħed jew mill-ebda eżami.

  • It-tip ta’ kondotta skond din l-iskema:  Eċċellenti; Tajjeb ħafna; Tajjeb; Aċċettabbli; Ħażin jew Ħażin ħafna.


Eċċellenti:

lil kull min ikun attenda regolarment u fil-ħin, ġie bl-uniformi regolarment u qagħad attent għal-lezzjonijiet, għamel xogħlu tajjeb ħafna u ħa sehem attiv fid-diversi attivitajiet tal-Kulleġġ (Premjazzjoni, Open Day, Sports Day, ħargiet kulturali u edukattivi eċċ.), kellu diversi rapporti pożittivi u ftit jew xejn rapporti negattivi.


Tajjeb Ħafna:  

bħall-Eċċellenti iżda b’xi ftit nuqqas u/jew b’inqas intensità.


Tajjeb: 

bħall-Eċċellenti iżda b’aktar nuqqas u/jew intensità minn Tajjeb Ħafna.

Aċċettabbli

lil kull min, xi kultant osserva xi wħud minn dawn il-kriterji:
attendenza kważi regolari u/jew fil-ħin; kważi dejjem ġie bl-uniformi; kważi dejjem għamel xogħlu tajjeb u ftit ħa sehem fid-diversi attivitajiet tal-Kulleġġ (Premjazzjoni, Open Day, Sports Day, ħargiet kulturali u edukattivi eċċ.); għandu ftit jew/xejn rapporti pożittivi u għandu xi rapporti negattivi.
 

Ħażin: 

bħall-Aċċettabbli iżda b’xi ftit aktar nuqqas u/jew intensità.  Wisq probabbli għa  ndu ftit jew xejn rapporti pożittivi u għandu diversi rapporti negattivi.


Ħażin ħafna: 

bħall-Aċċettabbli iżda b’ħafna aktar nuqqas u/jew intensità.  Wisq probabbli għandu ftit jew xejn rapporti pożittivi u għandu ħafna rapporti negattivi u/jew exclusions.
  • Il-livell ta’ attendenza ta’ l-aħħar sena:  Regolari jew Irregolari.