Home about_usorganisationNewsFacilitiesProjectsResourcesContact_us

time_table_08_09

calendar_08_09

Syllabi

apccs

Storja

Dan il-Kulleġġ inbeda fl-1944 fil-kunvent tal-patrijiet Karmelitani fil-Belt, bl-isem ta’ Schola Mariano-Apostolica.

Fl-1952, il-Karmelitani ħasbu li jkabbru din l-iskola u għalhekk ittrasferew għal fejn illum hemm iċ-Ċentru Parrokkjali ta Santa Venera fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Biddlu wkoll l-isem għal Mount Carmel College.  

Mount Carmel - l-Għolja tal-Karmelu, hija l-post f’Israel fejn kien jgħix il-Profeta Elija u fejn beda l-Ordni Karmelitan. 

Fis-snin sittin inħass il-bżonn li l-iskola tikber u għalhekk ingħata bidu għall-bini preżenti.  Il-Kulleġġ fetaħ f’dan il-post fl-1970. 

Fl-1998 biddilna l-isem tal-Kulleġġ għal Saint Elias College.