Home about_usorganisationNewsFacilitiesProjectsResourcesContact_us

time_table_08_09

calendar_08_09

Syllabi

apccs

Kodiċi ta' Mġiba Tajba

Rispett                                          Impenn

Ħidma                                            Valuri

Il-Kuntratt                                     Informazzjoni

Il-Mudell                                        Ir-Regoli

Fil-Kulleġġ                                    Ma Nippermettux Bullying

Rapporti Pożittivi                         Miżuri Dixxiplinari

Rapporti Negattivi                       Rekord ta' Mgiba

Rispett:

Huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna l-bżonnijiet ta’ l-oħrajn kif ukoll, x’effett jistgħu jħallu kliemna u għemilna fuq l-oħrajn.  Importanti għalhekk li nittrattaw lil xulxin kif nistennew li ħaddieħor jittratta lilna.

                                                                                                 

Impenn:          

Bħala komunità li tagħti kas u taħseb fl-oħrajn, huwa importanti li nagħmlu ħbieb, nilqgħu lil dak li jkun, nikkoperaw ma’ xulxin u nużaw manjieri tajba ma’ xulxin u ma’ kull min jiġi jżurna.

                                                                                                      Fuq

Ħidma:         

Huwa importanti li nagħmlu mill-aħjar li nistgħu l-ħin kollu.

                                                                                                      Fuq

Valuri:              

Fil-komunità tal-Kulleġġ San Elija huwa importanti li nemmnu fil-valuri tar-rispett, tal-fiduċja u tas-sinċerità.

                                                                                                      Fuq

Il-Kuntratt: 

Hekk kif tifel jinkiteb fil-Kulleġġ, hu meqjus li minbarra l-obbligu tal-liġi, ikun qed jaċċetta r-regoli kollha tal-Kulleġġ, bid-dmir li jqis li dejjem u f’kollox, fil- Kulleġġ u barra, jagħmel ħiltu għall-ġieħ tiegħu nnifsu u tal-Kulleġġ li jattendi. Il-ġenituri jagħmlu tajjeb li jaraw li dan iseħħ minn uliedhom. Il-ġenituri jaqsmu mal-Kulleġġ id-dmir ta’ l-edukazzjoni ta’ wliedhom u jintrabtu f’isimhom għas-saħħa tal-liġi u tar-regoli eżistenti. Il-ġenituri jibqgħu responsabbli wkoll għal uliedhom meta dawn jattendu l-Kulleġġ u meta fl-għemil tagħhom jonqsu mir-rispett lejn l-awtorità tal-Kulleġġ, bi ksur kontinwu ta’ regoli jew meta l-imġiba tagħhom tkun ħażina.  F’dan il-każ, jittieħdu passi dixxiplinari kontra l-istess studenti.

                                                                                                      Fuq

Informazzjoni:       

Il-Kulleġġ jgħarraf tajjeb lill-istudenti u l-ġenituri tagħhom dwar x’inhuma r-regoli ta’ mġiba.  Dan isir ħafna drabi bil-miktub, fic-ċirkularijiet u d‑dokumenti tal-Kulleġġ.  Jingħataw ukoll ħafna spjegazzjonijiet waqt l-assemblies u fil-laqgħat tal-ġenituri.  Min jittraskura dan it-tagħrif li jkun ingħata, ma jistax jiskuża xi mġiba mhux korretta jew ħażina tiegħu billi jgħid li ma kienx jaf kif kellu jġib ruħu.  Barra minn hekk, imġiba ħażina tibqa’ ħażina, u allura mhix permessa, ukoll jekk iżjed minn persuna waħda tipprova tagħmilha jew forsi wkoll jirnexxilha tagħmilha mingħajr ma tinqabad.  Il-ħażin ma jsirx sewwa għaliex jibqa’ jkun hawn persuni li jridu jagħmlu l-ħażin.

                                                                                                      Fuq

Il-Mudell:    

Il-Kulleġġ jistenna dan minn kull student:
 
i. Li l-istudent jirrispetta lilu nnifsu billi jagħmel ħiltu kollha biex jeduka ruħu, jitgħallem, u juża t-talenti tiegħu għall-ġid tiegħu u ta’ l-oħrajn.
 
ii.       L-istudent għandu jirrispetta l-awtorità.  Ir-rispett ta’ l-istudent lejn il-ġenituri tiegħu jrid jidher ukoll waqt il-ħin tiegħu fl-iskola.  Fil-Kulleġġ, l-istudent għandu juri kull rispett lejn ir-Rettur u l-Assistent Kap, l-għalliema u kull min jaħdem fl-iskola.  Dan ir-rispett lejn l-awtorità jrid jidher mhux biss billi l-istudent jikkopera tajjeb ma’ l-awtorità, imma wkoll billi juża manjieri tajbin u kortesija l-ħin kollu.
 
iii.      L-istudent huwa mistenni li jirrispetta lil sħabu u ma jagħmel xejn li jista’ jkun ta’ ħsara għalihom.  Fil-ħinijiet kollha, l-istudenti huma mistennija li jżommu quddiem għajnejhom li waqt li jkunu jivvjaġġaw minn jew lejn l-iskola, l-imġiba tagħhom għandha tirrifletti l-image tal-Kulleġġ.  Xejn ma jagħmel aktar ħsara lill-isem tal-Kulleġġ minn imġiba u manjieri ħżiena.  Għalkemm l-awtoritajiet tal-Kulleġġ mhumiex responsabbli għall-offiżi li jsiru barra mill-iskola, b’danakollu kull imġiba li tagħmel ħsara lill-isem tajjeb tal-Kulleġġ hija biżżejjed biex jittieħdu passi dixxiplinari kontra min jagħmilha.
                                                                                            Fuq  

Ir-Regoli:    

Ir-regoli tal-Kulleġġ isiru biex jiġi mħares l-aqwa ġid ta’ l-istudenti u għalhekk ma jippermettux dawn il-forom kollha ta’ mġiba ħażina:
  • Telfien, tfixkil jew twaqqif ta’ lezzjoni jew parti minnha b’konsegwenza ta’ nuqqas ta’ tagħlim meħtieġ għall-istudenti l-oħra.
  • Ħela ta’ ħin fi tlajjar bla bżonn.
  • Għajat, storbju u ġiri u kulma jtellef atmosfera sabiħa fil-Kulleġġ.
  • Ġlied minn piki vojta li jqajmu firda jew ċajt goff.
  • Tkissir u ħsara fl-apparat u l-għamara ta’ l-iskola, ħela ta’ dawl u ilma u materjal ieħor. Dan irid jiġi mħallas lill-Kulleġġ.
  • Serq u kull ħsara lill-proprjetà ta’ ħaddieħor. Dan irid jiġi rritornat jew imħallas.
  • Kull tip ta’ eżempju ħażin, bi kliem jew għemil, li jagħmel ħsara fil-karattru u s‑saħħa ta’ studenti oħra.
  • Introduzzjoni fil-Kulleġġ ta’ xi oġġett u materjal li bih tista’ ssir xi tip ta’ ħsara fiżika u morali lill-oħrajn.  Serja ħafna tkun l-introduzzjoni ta’ kull xorta ta’ drogi, ta’ xorb alkoħoliku u ta’ sigaretti, u dan mhux biss fl-inħawi kollha fil-Kulleġġ, iżda wkoll fuq il-karozzi lejn u lura mill-Kulleġġ, kif ukoll f’kull ħarġa u żjara ta’ l‑istudenti ma’ l-għalliema tagħhom barra mill-Kulleġġ.  Meta jinstabu, dawn l‑oġġetti jittieħdu u jinżammu mir-Rettur.  Is-sejba ta’ drogi tkun abbuż li għalih jista’ jsir rapport dirett lill-pulizija.  Il-ġenituri jintalbu jiġu l-Kulleġġ immedjatament.
  • Minħabba l-ħsara li tista’ ssir bihom:
    1. Ma għandhomx jinġiebu u/jew jintlibsu affarijiet ta’ valur u/jew li jistgħu jweġġgħu, jew ifixklu, fosthom mobile phones, cameras tar-ritratti, walkmans, discmans, cassette  recorders u radios.
    2. Ma għandhomx jinġiebu kotba, magazines, CDs, DVDs, li jkun fihom kitba, xeni, stampi mhux korretti jew mhux addattati biex ikunu f’idejn l-istudenti u li jistgħu ikunu ta’ ħsara morali.
    3. Huwa permess għar-Rettur, l-Assistant Kap u l-għalliema li jagħmlu kull tfittxija għal oġġetti bħal dawk imsemmija hawn fuq.  Meta jinstabu, dawn l‑oġġetti jittieħdu u jinżammu mir-Rettur.  Il-ġenituri jkunu jistgħu jieħdu lura dawn l-oġġetti billi jiġu personalment għalihom.
    4. Iċ-chewing gum huwa strettament ipprojbit fl-iskola u waqt ħarġiet ta’ l‑iskola.  L-istudent li jinqabad biċ-chewing gum jagħmel tajjeb għall-ħsara li tista’ ssir.
    5. Fil-Kulleġġ mhux permess fluid corrector (liquid tippex). Jekk jinqabad f’idejn l‑istudent jittieħed u ma jingħatax lura.
    6. L-istudenti la għandhom jilbsu msielet fil-Kulleġġ u lanqas safety shoes.  Bis-safety shoes wieħed faċli jweġġa’ lill-oħrajn
                                                                                                                                                                                              Fuq
Fil-Kulleġġ:
  • Għajat, dagħa u kull kliem offensiv huwa strettament ipprojbit.
  • M’hemmx ġiri jew imbuttar fil-kurituri u fit-taraġ
  • Dħul fi kmamar speċjali bħalma huma l-kmamar tal-Arti u d-Disinn Tekniku, il‑Librerija u l-Laboratorji tal-Kompjuter, Xjenza u Fiżika mhux permess jekk l‑istudenti ma jkunux akkumpanjati minn għalliema.
  • Studenti ma jistgħux jidħlu fl-uffiċċji, fit-Teachers’ Room u stores mingħajr il‑permess tar-Rettur, ta’ l-Assistent Kap jew ta’ l-għalliema.
  • Huwa assolutament ipprojbit li studenti joħorġu mill-Kulleġġ mingħajr il-permess tar-Rettur.  Din il-projbizzjoni tibda tgħodd minn x’ħin l-istudenti jaslu l-Kulleġġ, jiġifieri filgħodu, anke qabel ma ddoqq il-qanpiena għall-assembly.  L-istudenti għandhom jiġu dritt il-Kulleġġ u mhux joqogħdu jduru ma’ l-inħawi jew joqogħdu jpaċpċu fl-inħawi tal-Kulleġġ.  Min jinqabad ma jobdix dan ir-regolament jista’ jintbagħat id-dar u/jew jittieħdu passi dixxiplinari oħra kontrih.

                                                                                                      Fuq                                     

Ma  Nippermetux Bullying 

  • Il-Kulleġġ San Elija huwa kulleġġ fejn kull student, u kull persuna li taħdem fil‑Kulleġġ, għandhom dritt li jkunu ferħanin u jagħmlu suċċess
  • .Il-bullying iweġġa’ ħafna u ma jistax jiġi ttollerat.
  • Il-bullying jista’ jieħu forom differenti:  minn laqmijiet u għajdut sa swat.
  • Fil-Kulleġġ San Elija kulħadd hu fid-dmir li jara li ma jkunx hemm bullying.
  • L-istudenti li jkunu bullied għandhom dejjem jgħidu lil xi ħadd mill-Għalliema tagħhom, il-Form Teacher, il-Guidance Teacher, l-Assistant Kap jew lir-Rettur.  Meta tgħid lil xi ħadd minn dawn il-persuni, tkun responsabbli.  Dan mhux l-istess bħal meta tivvinta fuq xi ħadd.
  • Il-bullies jiġu ttrattati kif ikun hemm bżonn u jkunu kkastigati skond il-gravità tal-każ li jkun.  Jingħata rapport u/jew titniżżel nota fir-record ta’ l-istudent u jistgħu jissejħu wkoll il-ġenituri.
  • Ftakar li jekk tara l-bullying isir u ma tagħmel xejn, inti tkun ħati daqs il-bully nnifsu.
                                                                                                     Fuq

Rapporti Pozittivi.

Rapporti pożittivi jingħataw lil min jagħmel xi ħaga aktar ‘l fuq minn dmiru
.
Rapporti pożittivi jingħataw għal dawn ir-raġunijiet:
 
  1. altruiżmu: meta student jgħin lil xi ħadd li għandu bżonn xi għajnuna partikulari;
  2. assistenti  librara;
  3. parteċipazzjoni f’attivitajiet extra kurrikulari;

  4. eċċellenza fix-xogħol;
  5. sforz kontinwu u qawwi;

  6. parteċipazzjoni u kollaborazzjoni fl-Open Day;

  7. kordinaturi effiċjenti tal-klassi;

  8. promozzjoni tal-Kulleġġ fil-media.

                                                                                                        Fuq

Mizuri  Dixxiplinari

Id-dixxiplina hija valur importanti li sservi ta’ għodda siewja tul il-ħajja.  Għalhekk il‑Kulleġġ għandu d-dmir u d-dover li jgħallem u jrawwem fl-istudenti l-valuri tad‑dixxiplina u tar-regolamenti.
      
 
Id-dixxiplina hija r-responsabilità ta’ kull min għandu x’jaqsam direttament jew indirettament mal-proċess edukattiv ta’ l-istudent fil-Kulleġġ u għalhekk ħadd ma jista’ joqgħod lura milli jeżerċita dan id-dmir.
 
L-ideal fid-dixxiplina huwa li wieħed ikun kapaċi jimxi mar-regoli u jorganizza u jikkontrolla l-imġiba tiegħu nnifsu (self-control, self-discipline).  Kultant dan ma jseħħx, għalhekk xi ħadd minna l-kbar ikollu jikkoreġi u jagħti xi kastig. 
 
B’mod pożittiv, il-Kulleġġ iwissi u jiggwida lil min juri rieda tajba li jsewwi xi żbalji li jagħmel.  Fejn student jagħżel li ma jikkoperax u jibqa’ fl-iżball, ma jistax jitħalla jagħmel ħsara lilu nnifsu u lil sħabu u jkun hemm bżonn li jittieħdu passi ta’ dixxiplina kontra tiegħu skond il-gravità tal-każ.
 
Dawn il-passi ta’ dixxiplina jinkludu:
  • twiddiba serja
  • talba tal-firma tal-ġenituri għall-akkuża magħmula
  • detenzjoni fil-ħin tal-break ta’ nofs in-nhar
  • detenzjoni wara l-ħin ta’ l-iskola (ara Proċeduri fil-każ ta’ Rapporti tad-Dixxiplina)
  • sospensjoni mil-lezzjonijiet għall-bqija tal-jum kollu u jingħata xogħol ta’ l-iskola
  • rapport ta’ dixxiplina  
  • il-ġenituri jiġu msejħa l-iskola    
  • sospensjoni mil-lezzjonijiet tal-klassi
  • sospensjoni mill-iskola ta’ minn tlett ijiem sa ġimgħa.
  • tkeċċija mill-Kulleġġ

                                                                                                        Fuq

Proċeduri fil-każ ta’ Rapport/i Negattivi

1. Meta student jikser xi wieħed mir-regoli tal-Kulleġġ jjingħata rapport.   Il-valur ta’ kull rapport ivarja skond il-każ.  Ġeneralment għandha tintuża din l-iskema:

Rapport għax nesa l-ktieb / pitazz / noti eċċ     
1 punt
Rapport għax ma għamilx il-HW kollu (mhux komplut)     
1 punt
Rapport għax għamel il-HW b’mod traskurat 
1 punt
Rapport għax ikkopja jew ta ’l min jikkopja  
2 punti
Rapport fuq l-uniformi/użu ta’ ċpiepet, imsielet eċċ  
2 punti
Rapport fuq telf ta’ ħin mil-lezzjoni, biex jitla’ fil-klassi, jinżel għall-assembly eċċ
2 punti
Rapport ta’ nuqqas ta’ HW
3 punti
Rapport ta’ tkeċċija mill-klassi
3 punti
Rapport ta’ mġiba ħażina (fixkel, distratt, m’obdiex, tkellem eċċ)
3 punti
Rapport għax ġie tard il-Kulleġġ 
3 punti
Rapport ta’ mġiba ħażina fuq it-trasport  
4 punti
Rapport ta’ serq, vandaliżmu 
6 punti
Rapporti ta’ bullying  
7 punti

Hija fid-diskrezzjoni ta’ l-amministrazzjoni jekk f’xi każi jittieħdu miżuri dixxiplinarji aktar iebsin.  

2.  Għal kull 10 punti li student ikollu mir-rapporti li jkun qala’, jkollu joqgħod il-Kulleġġ siegħa wara l-ħin ta’ l-iskola (detention).  Matul din is-siegħa, li normalment tkun bejn is-14:15 u t-15:15, l-istudent jingħata xi xogħol.  Jekk ma jlestix ix-xogħol mogħti, jew ma jagħmlux tajjeb, jew ma jġibx ruħu sewwa, jista’ jitwallu l-ħin li jkollu joqgħod wara l-iskola.

3.  L-istudent dejjem jingħata avviż bil-miktub li jinforma lill-ġenituri meta jkun se jinżamm wara l-ħin ta’ l-iskola.  Il-ġenituri huma mitluba jiffirmaw dan l-avviż u jibagħtuh lura ma’ l-istudent. 

4.  F’każijiet gravi tista’ tingħata esklużjoni  ta’ ġurnata jew aktar u anke tkeċċija. 

5.  Min jaqla’ esklużjoni għandu joqgħod attent.  Wara t-tielet esklużjoni jingħata l-aħħar ċans u f’każ li jerġa’ jiżbalja, jitkeċċa mill-Kulleġġ.  L-għadd ta’ esklużjonijiet ikompli minn sena skolastika għal oħra.

                                                                                                    Fuq

Rekord ta’ Mġiba

Il-Kulleġġ iżomm rekord ta’ l-imġiba ta’ l-istudenti, sew ta’ l-imġiba tajba u li tagħmel ġieħ lill-istudenti, kif ukoll ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni, tfixkil u manjieri ħżiena li l‑istudenti jagħżlu li juru.

Dan ir-rekord, imbagħad, ikun jidher fir-rimarka fuq l-imġiba li titniżżel fuq l-iSchool Leaving Certificate.

Kull sena l-ġenituri, fir-rapport ta’ Nofs is-Sena u ta’ l-Aħħar tas-Sena, jiġu infurmati bir-Rapporti Pożittivi u Negattivi li binhom ikun irċieva.

                                                                                           Fuq